IL-POLITIKA DWAR IL-COOKIES TA’ ABBOTT

X’inhuma l-cookies u għaliex jintużaw?

“Cookie” huwa fajl li s-server tal-web tagħna jista’ jibgħat lill-kompjuter tiegħek meta inti taċċessa sit web ta’ Abbott. Imbagħad, dan il-fajl jinħażen fuq il-kompjuter tiegħek. Pereżempju, wara li ddaħħal informazzjoni personali f’formola jew f’qasam tad-data fuq sit web ta’ Abbott, Abbott tista’ tuża cookies u teknoloġiji simili oħrajn biex tippermetti lil dak is-sit web “jiftakar” il-preferenzi personali tiegħek, bħal taqsimiet ta’ dak is-sit web li inti żżur ta’ spiss u, jekk tagħżel, l-identifikatur tal-utent tiegħek.

Il-Cookies u teknoloġiji simili jistgħu jagħmlu l-użu tiegħek tas-siti web ta’ Abbott eħfef billi jippermettu lil Abbott tipprovdi servizz aħjar, tippersonalizza s-siti abbażi tal-preferenzi tal-konsumatur, tikkompila statistika, tanalizza tendenzi, u b’xi mod ieħor tamministra u ttejjeb is-siti web ta’ Abbott. Ċerti karatteristiċi tas-siti web ta’ Abbott jistgħu ma jaħdmux mingħajr l-użu tal-cookies meħtieġa jew mingħajr teknoloġiji simili.

Is-siti web ta’ Abbott jistgħu jużaw teknoloġiji simili bħal “web beacons” (magħrufin ukoll bħala tags tal-internet, GIFs b’pixel wieħed, GIFs ċari, u GIFs inviżibbli). Web beacon hija grafika ċkejkna fuq paġna web jew f’messaġġ elettroniku li jintuża biex jittraċċa l-paġni li jidhru jew il-messaġġi li jkunu nfetħu. Web beacons jgħidu lis-server tas-sit web informazzjoni bħall-indirizz IP u t-tip tal-browser relatati mal-kompjuter tal-viżitatur. Web beacons jistgħu jitqiegħdu fuq riklami onlajn li jġibu n-nies lejn is-sit tagħna u fuq paġni differenti tas-sit tagħna. Web beacons jipprovdulna informazzjoni dwar kemm-il darba tinfetaħ paġna, u liema informazzjoni tiġi kkonsultata.

X’tipi ta’ cookies u teknoloġiji oħra ta’ traċċar jintużaw?

·         Cookies ta’ Sessjoni jew Cookies Persistenti

Is-siti web ta’ Abbott jużaw cookies ta’ “sessjoni”. Dawn huma bits temporanji ta’ informazzjoni li jitħassru ladarba toħroġ mit-tieqa tal-web browser tiegħek jew titfi l-kompjuter tiegħek. Il-cookies ta’ sessjoni jintużaw, pereżempju, biex itejbu n-navigazzjoni fuq is-siti web tagħna, jimblukkaw lill-viżitaturi milli jipprovdu informazzjoni fejn ma jkunx xieraq (is-sit “jiftakar” entrati preċedenti ta’ età jew pajjiż ta’ oriġini li kienu barra l-parametri speċifikati u jimblokka bidliet sussegwenti) u biex tinġabar informazzjoni ta’ statistika aggregata. Il-lista tal-cookies li jintużaw fuq is-sit web tagħna tinsab hawn taħt.

Is-siti web ta’ Abbott jistgħu jużaw cookies “persistenti” li huma biċċiet ta’ informazzjoni aktar permanenti mqiegħda fuq il-hard drive tal-kompjuter tiegħek sakemm tħassar il-cookie. Il-cookies persistenti jaħżnu l-informazzjoni fuq il-kompjuter tiegħek għal numru ta’ skopijiet, bħall-irkupru ta’ ċerta informazzjoni li pprovdejt qabel (eż., il-passwords), filwaqt li jgħinu biex jiġi determinat liema żoni tas-sit web il-viżitaturi jsibu l-aktar siewja, u jippersonalizzaw is-sit web abbażi tal-preferenzi tiegħek. Il-cookies persistenti mqiegħda minn sit web ta’ Abbott fuq il-kompjuter tiegħek jista’ jkollhom informazzjoni personali li pprovdejt, imma biss jekk tkun irreġistrajt jew tajt il-kunsens tiegħek għal dan. Inkella s-server tal-web tagħna jaf biss li viżitatur li mhuwiex identifikat bil-cookies tiegħek irritorna fis-sit web.

·         Cookies tal-Ewwel Parti jew ta’ Parti Terza

Is-siti web ta’ Abbott jistgħu jużaw cookies “tal-Ewwel Parti” jew “ta’ Parti Terza”. Il-cookies “tal-Ewwel Parti” jintbagħtu lill-apparat tal-utent minn dominju ġestit minn Abbott bħala s-sid tas-sit web, filwaqt li l-cookies “ta’ Parti Terza” jintbagħtu lill-apparat tal-utent minn dominju li mhuwiex ġestit minn Abbott iżda minn parti terza. Nirrakkomandaw li tiċċekkja l-politiki tal-privatezza tal-parti terza rilevanti għal informazzjoni dwar kwalunkwe cookies li jistgħu jintużaw.

·         Cookies Meħtieġa, Funzjonali jew ta’ Reklamar

Is-siti web ta’ Abbott jistgħu jużaw cookies għal skopijiet differenti, bħal skopijiet tekniċi, funzjonali jew ta’ reklamar.

Il-“Cookies Meħtieġa” huma meħtieġa biex jippermettu li l-karatteristiċi bażiċi ta’ dan is-sit jiffunzjonaw, bħal li tipprovdi log-in sigur jew li tiftakar fejn wasalt f’ordni.

 Il-“Cookies Funzjonali” jippermettu lil Abbott tanalizza l-użu tiegħek tas-sit biex nevalwaw u ntejbu l-prestazzjoni tagħna. Jistgħu jintużaw ukoll biex jipprovdu esperjenza tal-klijent aħjar f’dan is-sit. Pereżempju, jiftakru d-dettalji tal-log-in tiegħek, iżommu dak li hemm f’shopping cart tiegħek, jew jagħtuna informazzjoni dwar kif jintuża s-sit tagħna.

Il-“Cookies tar-Reklamar” jippermettulna, permezz ta’ ċerta data assenjata u miksuba mill-apparat tal-utent, li naħżnu jew li naqsmu ma’ partijiet terzi, informazzjoni relatata mal-attività ta’ browsing tal-utent fis-sit web tagħna, sabiex noħolqu profil ta’ reklamar u npoġġu reklamar rilevanti fis-sit web tagħna jew dawk is-siti web ta’ partijiet terzi.

Jekk jogħġbok, innota li mhux dawn il-cookies kollha jintużaw fuq is-siti web kollha ta’ Abbott. Skont is-sit speċifiku, is-sottodominju jew it-taqsima li tkun qed iżżur f’sit ta’ Abbott, uħud minn dawn il-cookies jew kollha kemm huma jistgħu jintużaw.

X’għażliet għandi dwar il-cookies?

Meta taċċessa xi siti ta’ Abbott għall-ewwel darba, se jidher strixxun tal-cookies u inti se jkollok tagħżel li tagħti l-kunsens biex aħna nużaw il-cookies kollha billi tikklikkja “Aċċetta Kollox”, tirrifjuta l-użu tiegħu billi tikklikkja “Irrifjuta Kollox” jew timmaniġġja l-preferenzi tiegħek billi tikklikkja “Immaniġġja l-Għażliet”.

Fuq xi siti ta’ Abbott oħrajn inti se tingħata istruzzjonijiet sabiex tagħti l-kunsens għal xi cookies jew il-cookies kollha billi tagħżel “Iva” jew “Le” fuq kull waħda mill-kategoriji tal-cookies u tissottometti l-preferenzi tiegħek.

Inti tista’ wkoll taċċessa l-istrixxun tal-cookies fi kwalunkwe ħin billi tikklikkja fuq il-ħolqa tal-“Preferenzi tal-Cookies” fuq in-naħa ta’ taħt tas-sit web, biex tibdel il-preferenzi tiegħek jew tirtira l-kunsens.

Tibdiliet

Jista’ jkun li jkollna bżonn naġġornaw din il-Politika dwar il-Cookies fil-futur u għalhekk inħeġġuk tirrevedi perjodikament din il-Politika dwar il-Cookies biex tibqa’ infurmat(a) dwar kif qed nużaw il-cookies. Din il-politika dwar il-cookies ġiet aġġornata l-aħħar f’Settembru 2021.