PATTI U KUNDIZZJONIJIET ONLINE

L-aċċess tiegħek għal Abbott.com huwa soġġett għal dawn il-patti u kundizzjonijiet li ġejjin, li aħna nistgħu naġġornaw minn żmien għal żmien bla ma navżawk. Meta jkollok aċċess jew tuża dan is-Sit Elettroniku, inti tkun qed taqbel li qrajt, qiegħed tifhem, u taqbel li se tintrabat ma’ dawn il-Patti u Kundizzjonijiet, li jistgħu jiġu emendati minn żmien għal żmien, kif ukoll mal-patti li hemm fil-Politika tal-Privatezza tagħna, li qegħda tiġi inkorporata hawn f’dawn il-Patti u Kundizzjonijiet. Għandek ir-responsabbiltà li minn żmien għall-ieħor terġa’ tara dawn il-Patti u Kundizzjonijiet għal xi bidliet li jkunu saru fihom. Il-fatt li tuża dan is-Sit Elettroniku wara li nkunu għamilna xi tibdil f’dawn il-Patti u Kundizzjonijiet ifisser li int tkun qed taċċetta dawk il-bidliet. Jekk ma taqbilx ma’ dawn il-Patti u Kundizzjonijiet (kif dawn jistgħu jiġu emendati minn żmien għal żmien), jew ma jibqax jogħġbok dan is-Sit Elettroniku, ir-rimedju uniku u esklussiv li għandek huwa li ma tkomplix tuża dan is-sit.
 

Biex tikseb informazzjoni dwar kif tuża l-kanali tal-mezzi soċjali tal-Laboratorji Abbott (“Abbott”), jekk jogħġbok ara l-Kundizzjonijiet tal-Użu tal-mezzi soċjali tagħna.

ESKLUŻJONI TA’ RESPONSABBILTÀ

Int tagħraf u taqbel li:
 

a. Għalkemm aħna nħabirku biex fuq dan is-Sit Elettroniku nipprovdu l-aħħar żviluppi li jkollhom x’jaqsmu mal-prodotti u s-servizzi tagħna, kif ukoll informazzjoni oħra dwar il-kumpannija tagħna, aħna ma niggarantixxux l-eżattezza, l-effettività u l-adattabilità tal-informazzjoni li tinsab f’dan is-Sit Elettroniku. Kull persuna tassumi responsabbiltà sħiħa u r-riskji kollha li jinħolqu mill-użu ta’ dan is-sit tal-Internet. L-informazzjoni qegħda tiġi ppreżentata “HEKK KIF INHI” u jista’ jkun fiha ineżattezzi tekniċi jew żbalji tipografiċi. Il-Laboratorji Abbott jirriżervaw id-dritt li jagħmlu żjidiet, tħassir jew emendi f’dik l-informazzjoni fi kwalunkwe ħin mingħajr ebda avviż minn qabel.
 

b. IL-LABORATORJI ABBOTT MA JAGĦMLUX ILMENTI JEW JAGĦTU GARANZIJI TA’ EBDA XORTA JEW GĦAMLA DWAR L-INFORMAZZJONI JEW KONTENUT MTELLA’ FUQ DAN IS-SIT ELETTRONIKU. IL-LABORATORJI ABBOTT QEGĦDIN B’DAN JESKLUDU KULL RESPONSABBILTÀ DWAR KULL ILMENT U GARANZIJA, SEW ESPRESSI JEW IMPLIKATI, SEW LI JORIĠINAW MIL-LIĠI, MINN XI KUNTRATT JEW XORT’OĦRA, INKLUŻ, BLA LIMITAZZJONI, IT-TITOLU KULL GARANZIJA TA’ BEJGĦ FIS-SUQ, KSIB TA’ XI SKOP PARTIKOLARI, TITOLU JEW NUQQAS TA’ INFRAZZJONI. FL’EBDA KAŻ IL-LABORATORJI ABBOTT M’GĦANDHOM IKUNU RESPONSABBLI GĦAL DANNI TA’ EBDA XORTA JEW GĦAMLA, INKLUŻI, BLA LIMITAZZJONI, DAWK DIRETTI, INDIRETTI, SPEĊJALI (INKLUŻ TELF TA’ QLIGĦ) KONSEGWENZJALI JEW INĊIDENTALI KAĠUNATI MINN JEW IN KONNESSJONI MAL-EŻISTENZA JEW L-UŻU TA’ DAN IS-SIT TAL-INTERNET U/JEW L-INFORMAZZJONI JEW KONTENUT MTELLA’ FUQ DAN IS-SIT ELETTRONIKU, INDEPENDENTEMENT MINN JEKK IL-LABORATORJI ABBOTT IKUNUX ĠEW AVŻATI DWAR IL-POSSIBBILTÀ TA’ DAWN ID-DANNI.
 

ċ. Abbott ma tkunx responsabbli, u ma tipprovdi ebda garanzija, għall-preċiżjoni, l-effettività, puntwalità u adattabilità ta’ informazzjoni jew kontenut miksub minn partijiet terzi, inkluża kull hyperlink lejn jew minn siti elettroniċi ta’ partijiet terzi. Ħlief jekk provdut xort’oħra fuq dan is-Sit Elettroniku, il-Laboratorji Abbott mhux se jibdlu, jiċċensuraw jew b’xi mod jikkontrollaw kontenut provdut minn partijiet terzi fuq xi bulletin board, chat room jew fora oħrajn bħal dawn mtella’ fuq is-Sit Elettroniku tagħha. Dik l-informazzjoni għandha, għaldaqstant, tiġi kkunsidrata bħala waħda suspetta u m’hijiex aċċettata minn Abbott.
 

d. Dan is-Sit Elettroniku jista’ jkun fih dikjarazzjonijiet prospettivi li jkunu jirriflettu l-aspettattivi li Abbott għandha bħalissa fir-rigward ta’ avvenimenti futuri u l-iżvilupp kummerċjali tagħha. Dawn id-dikjarazzjonijiet li jħarsu ’l quddiem jinvolvu bosta riskji u inċertezzi. L-iżviluppi jew riżultati attwali jistgħu jkunu materjalment differenti minn dawk maħsubin u jiddependu fuq għadd ta’ fatturi inklużi, iżda mhux limitati biss, għas-suċċess tal-programmi ta’ riċerka kurrenti, ir-riżultati ta’ provi kliniċi pendenti jew futuri, it-tqegħid fis-suq kontinwu tal-prodotti tagħha, l-approvazzjonijiet regolatorji ta’ farmaċewtiċi, il-validità u l-infurzar tal-pazjenti tagħha, l-istabbiltà tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha, u l-kundizzjonijiet ekonomiċi ġenerali tagħha. Abbott għandha l-ħsieb li taġġorna dan is-sit fuq bażi regolari iżda ma tassumi ebda obbligu li taġġorna xi kontenut.

X’UŻU TISTA’ TAGĦMEL MINNU

Int tifhem, tagħraf u taqbel ma’ dan li ġej:
 

a. Illi meta tuża dan is-Sit Elettroniku, inti taqbel li ma tfixkilx jew tinterċetta l-informazzjoni elettronika tagħna mtella’ fuq dan is-Sit Elettroniku jew fuq xi servers tagħna. Inti wkoll taqbel li ma tippruvax taħrab minn xi elementi tas-sigurezza tas-Sit Elettroniku tagħna, u li tirrispetta kull liġi, regola u regolament applikabbli ta’ xorta lokali, statali, federali u internazzjonali.
 

b. Inti tagħti lil Abbott id-dritt li tuża kull kontenut li int ittella’ jew b’xi mod tittrasmetti lejn dan is-Sit Elettroniku, skont dawn il-Patti u Kundizzjonijiet u l-Politika tal-Privatezza ta’ Abbott b’kull mod li Abbott tagħżel, inkluż, iżda mhux limitat biss, għall-ikkupjar, wiri, għemil jew ippubblikar ta’ dan il-kontenut f’kull format li jkun, li jimmodifikah, jinkorporah f’materjal ieħor jew jagħmel minnu xogħol derivattiv ibbażat fuqu.
 

ċ. Apparti kif jista’ jiġi espressament dikjarat u miftiehem minn qabel mill-Laboratorji Abbott, m’għandha tiġi stabbilita ebda relazzjoni kunfidenzali fil-każ li xi utent ta’ dan is-sit tal-Internet jagħmel xi komunikazzjoni bil-fomm, bil-miktub jew elettronika mal-Laboratorji Abbott (bħal m’huma kummenti b’reazzjoni, mistoqsijiet, kummenti oħra, suġġerimenti, ideat, eċċ.). Jekk xi Sit Elettroniku ta’ Abbott jeħtieġ jew jitlob li xi informazzjoni bħal dik, u li din l-informazzjoni għandu jkun fiha informazzjoni li tidentifika persuna (bħall-isem, indirizz, numru tat-telefon), Abbott għandha tikseb, tuża u żżommha b’mod li jkun konsistenti mal-Politika tal-Privatezza tagħna. Inkella, dik il-komunikazzjoni u kull informazzjoni ppreżentata magħha għandha tiġi kkunsidrata li ma tkunx waħda kunfidenzjali, u Abbott tkun ħielsa li tirriproduċi, tippubblika jew xort’oħra tuża dik l-informazzjoni għal kull għan li jkun inkluż, bla ebda limitazzjoni, għar-riċerka, żvilupp, manifattura, użu jew bejgħ ta’ prodotti li jkunu jinkorporaw dik l-informazzjoni fihom. Il-mittent ta’ xi informazzjoni lil Abbott ikun għalkollox responsabbli għall-kontenut tagħha, inkluża kemm hi veritiera u eżatta u kemm din ma tikkaġunax infrazzjoni tad-drittijiet proprjetarji jew ta’ privatezza ta’ xi persuna oħra.

ITTIKKETTJAR TA’ PRODOTTI

Sakemm ma jintweriex xort’oħra, l-ismijiet, deskrizzjonijiet u tikketti tal-prodott joriġinaw mill-Istati Uniti. Bosta minn dawn il-prodotti jistgħu ma jkunux disponibbli fil-pajjiżi kollha jew jistgħu jkunu disponibbli taħt xi isem kummerċjali differenti, b’qawwiet differenti, jew għal indikazzjonijiet differenti. Ħafna mill-prodotti elenkati huma disponibbli biss permezz ta’ riċetta li tinħareġ mill-professjonista tas-saħħa tiegħek lokali. Ħlief kif espressament dikjarat u miftiehem bil-quddiem mil-Laboratorji Abbott, ebda direttur, impjegat, aġent, jew rappreżentant tal-Laboratorji Abbott, tas-sussidjarji u l-affiljati tagħha m’huma involuti illi jagħtu pariri mediċi, djanjożi, kura jew servizzi mediċi oħra li jistgħu b’xi mod joħolqu xi relazzjoni bejn it-tabib u l-pazjent permezz ta’ dan is-Sit Elettroniku.
 

PROPRJETÀ INTELLETTWALI L-informazzjoni, d-dokumenti, u l-grafika relatata ppubblikata f’dan is-Sit Elettroniku tal-Internet (“Informazzjoni”) huma l-proprjetà unika tal-Laboratorji Abbott, ħlief għal dik l-informazzjoni pprovduta minn fornituri terzi b’kuntratt ma’ Abbott, mas-sussidjarji jew affiljati tagħha. Jingħata permess biex tintuża din l-informazzjoni, sakemm (1) l-avviż t’hawn fuq dwar id-drittijiet tal-awtur ikun jidher fuq il-kopji kollha; (2) l-użu tal-Informazzjoni jkun wieħed informattiv u mhux għal użu kummerċjali jew personali biss; (3) l-Informazzjoni ma tinbidel b’ebda mod; u (4) ebda grafika li tkun disponibbli minn dan is-sit elettroniku tal-Internet ma tintuża separatament mill-kliem li jkun hemm magħha. Abbott mhix responsabbli għall-kontenut provdut minn provdituri terzi, u inti projbit milli tiddistribwixxi dan il-materjal mingħajr il-permess tas-sid, tad-drittijiet tal-awtur tiegħu. Ħlief kif permess hawn fuq, l-ebda liċenzja jew dritt, espressi jew impliċiti, ma tingħata lil xi persuna taħt xi privattiva, trademark jew dritt proprjetarju ieħor tal-Laboratorji Abbott.
 

Ma jista’ jsir ebda użu ta’ xi trademark, isem kummerċjali, libsa kummerċjali u prodotti ta’ Abbott f’dan is-sit elettroniku tal-Internet mingħajr il-kunsens bil-miktub tal-awtorizzazzjoni tal-Laboratorji Abbott, ħlief biex jiġi identifikat il-prodott jew is-servizzi tal-kumpannija.
 

Jekk taħseb li x-xogħol tiegħek ikun ġie ikkupjat u jkun aċċessibbli fuq dan is-sit elettroniku b’mod li jikkostitwixxi infrazzjoni tad-drittijiet tiegħek ta’ awtur, int tista’ tavża lil Abbott billi tipprovdi dan li ġej lill-aġent tad-drittijiet tal-awtur tagħna, bil-miktub:
 

  1. Identifikazzjoni tax-xogħol kopert bid-drittijiet tal-awtur li int tgħid li tkun saret infrazzjoni tagħhom;
  2. Identifikazzjoni tal-materjal li tgħid li jkun qed jagħmel l-infrazzjoni u informazzjoni li tkun raġonevolment biżżejjed biex tippermetti lil Abbott issib il-materjal;
  3. Isem, indirizz, numru tat-telefon u indirizz elettroniku tiegħek;
  4. Dikjarazzjoni minn għandek li għandek għaliex tassew temmen li l-użu li qiegħed tilmenta li qed isir huwa fil-fatt infrazzjoni u wieħed mhux awtorizzat;
  5. Dikjarazzjoni, li ssir taħt piena ta’ ġurament falz, li l-informazzjoni mogħtija kif hawn qabel fl-avviż tiegħek hija eżatta u li inti s-sid tad-drittijiet tal-awtur jew li inti awtorizzat li taġixxi għan-nom tal-awtur tas-sid tad-drittijiet tal-awtur; u
  6. Il-firma elettronika jew miktuba tas-sid tad-drittijiet tal-awtur jew tal-persuna awtorizzata li taġixxi għan-nom tas-sid tad-drittijiet tal-awtur.
     

Biex tkun tista’ tippreżenta avviż ta’ pretenzjoni ta’ infrazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-aġent maħtur ta’ Abbott f’dan l-indirizz li ġej:
 

Abbott Laboratories
Attn: Trademark Department
100 Abbott Park Road
Dept. 377 Bldg. AP6A-1
Abbott Park, IL 60064
Indirizz tal-posta elettronika: trademarks@abbott.com
 

PRIVATEZZA U SIGUREZZA Abbott tinsab marbuta li tħares il-privatezza tiegħek online. Nifhmu l-importanza tal-privatezza għall-klijenti u l-viżitaturi tagħna fis-Sit Elettroniku tagħna. L-użu li aħna nagħmlu minn informazzjoni li tkun personalment identifikabbli hija regolata mill-Politika tal-Privatezza tagħna u meta taċċessa u tuża s-Sit Elettroniku tagħna, inti taqbel li tintrabat b’dik il-politika.
 

Inti tagħraf u taqbel li meta tippreżenta informazzjoni tiegħek li tkun personalment identifikabbli lil Abbott.com, filwaqt li Abbott ikollha salvagwardji japplikaw biex jipprevjenu aċċessi jew interċettazzjonijiet mhux awtorizzati, m’hemm ebda garanzija assoluta ta’ sigurezza. FL-EVENTWALITÀ TA’ XI INTERĊETTAZZJONI JEW AĊĊESSI MHUX AWTORIZZATI MINKEJJA KULL SFORZ TAGĦNA, ABBOTT MA TKUNX RESPONSABBLI GĦAL INTERĊETTAZZJONIJIET JEW AĊĊESSI MHUX AWTORIZZATI BĦAL DAWK, JEW GĦAL DANNI DIRETTI, INDIRETTI, SPEĊJALI, INĊIDENTALI, JEW KONSEGWENZJALI (INKLUŻ IT-TELFIEN TA’ PROFITTI) MĠARRBA MILL-KLIJENT JEW MILL-UTENT, ANKE JEKK ABBOTT TKUN ĠIET AVŻATA MINN QABEL BIL-POSSIBILITÀ TA’ DANNI BĦAL DAWN. ABBOTT MA TAGĦTI EBDA GARANZIJA, LA ESPRESSA LANQAS IMPLIĊITA, LI L-INFORMAZZJONI PROVDUTA MINN XI KLIJENT SE TKUN ĦIELSA MINN XI INTERĊETTAZZJONI JEW AĊĊESS MHUX AWTORIZZAT, U MA TIPPROVDI EBDA GARANZIJA IMPLIĊITA DWAR IL-BEJGĦ FIS-SUQ U IDONEITÀ GĦAL XI GĦAN PARTIKOLARI. KULL KLIJENT HUWA RESPONSABBLI LI JŻOMM IL-KUNFIDENZJALITÀ TAL-PASSWORD TIEGĦU JEW TAGĦHA.
 

LIMITI TAR-RESPONSABBILTÀ Abbott ma terfa’ ebda responsabbiltà għal xi materjal, informazzjoni u opinjonijiet provduti, mtella’, jew li jkunu xort’oħra disponibbli permezz ta’ dan is-Sit Elettroniku. Kull dipendenza fuq dan il-materjal, informazzjoni u opinjonijiet ikunu biss għar-riskju tiegħek. Abbott teskludi ruħha minn kull responsabbiltà għall-ħsara jew danni li jirriżultaw mill-użu ta’ dan is-Sit Elettroniku, jew tal-kontenut li jidher fuqu.
 

DAN IS-SIT ELETTRONIKU TA’ ABBOTT, IL-KONTENUT TAS-SIT, U L-PRODOTTI U S-SERVIZZI PROVDUTI JEW DISPONIBBLI PERMEZZ TA’ DAN IS-SIT ELETTRONIKU, HUMA PROVDUTI FUQ BAŻI TA’ “HEKK KIF INHUMA” JEW “KIF IKUNU DISPONIBBLI”, B’KULL ĦSARA LI JISTA’ JKOLLHOM. F’EBDA KAŻ MA GĦANDHA ABBOTT, JEW IS-SUSSIDJARJI, AFFILJATI, BEJJIEGĦA TAGĦHA, JEW ID-DIRETTURI, IMPJEGATI JEW AĠENTI RISPETTIVI TAGĦHOM (HAWN AKTAR ’IL QUDDIEM IMSEJĦA “IL-PARTIJIET TA’ ABBOTT”) MA JKUNU RESPONSABBLI GĦAL XI DANNI TA’ KULL XORTA, TAĦT XI TEORIJA LEGALI, LI TOĦROĠ MINN, JEW LI JKOLLHA X’TAQSAM MA’, L-UŻU LI TAGĦMEL, JEW INABBILTÀ LI TUŻA, DAN IS-SIT ELETTRONIKU, IL-KONTENUT TAS-SIT, SERVIZZI PROVDUTI FUQ JEW PERMEZZ TA’ DAN IS-SIT ELETTRONIKU JEW TA’ KULL SIT KONNESS PERMEZZ TA’ LINK, INKLUŻI KULL DANNI SPEĊJALI, INDIRETTI, PUNITTIVI, INĊIDENTALI, EŻEMPLARI JEW KONSEGWENZJALI, INKLUŻI, IŻDA MHUX LIMITATI GĦAL, ĦSARA FUQ IL-PERSUNA, TELFIEN TA’ PROFITTI JEW DANNI LI JIRRIŻULTAW MINN XI DEWMIEN, INTERRUZZJONI TAS-SERVIZZ, XI VIRUS, TĦASSIR TA’ FAJLS JEW KOMUNIKAZZJONIJIET ELETTRONIĊI, JEW ŻBALJI, OMMISSJONIJIET JEW INEŻATTEZZI OĦRA F’DAN IS-SIT ELETTRONIKU JEW FIL-KONTENUT TAS-SIT, SEW JEKK IKUN HEMM JEW MA JKUNX HEMM NEGLIĠENZA MINN ABBOTT U SEW JEKK ABBOTT TKUN ĠIET AVŻATA JEW LE DWAR IL-POSSIBBILTÀ TA’ XI DANNI BĦAL DAWN.
 

JEKK JOGĦĠBOK KUN AF LI NOTIFIKI LEGALI ADDIZZJONALI, ESKLUŻJONIJIET TA’ RESPONSABBILTÀ, U PATTI U KUNDIZZJONIJIET OĦRA JISTGĦU JKUNU JAPPLIKAW GĦAL DAN IS-SIT U SITI ELETTRONIĊI OĦRA PROPRJETÀ TA’, JEW OPERATI MINN ABBOTT, MIS-SUSSIDJARJI JEW MILL-AFFILJATI TAGĦHA.

ĠENERALI

Int taqbel li dawn il-Patti u Kundizzjonijiet jiddeskrivu l-Ftehim kollu bejnitna fir-rigward tas-suġġett involut. Abbott.com ġiet oriġinata u titħaddem taħt il-liġijiet tal-Istat ta’ Illinois. Il-liġijiet tal-Istat tal-Illinois se jikkontrollaw il-patti u kundizzjonijiet li hemm provduti dwarhom f’dawn il-Patti u Kundizzjonijiet, mingħajr ma jingħata effett għal prinċipji ta’ kunflitt tal-liġijiet. Jekk Qorti ta’ ġurisdizzjoni kompetenti jirriżultalha li xi disposizzjoni ta’ dawn il-Patti u Kundizzjonijiet tkun invalida jew ma tistax tiġi infurzata, int taqbel li d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dawn il-Patti u Kundizzjonijiet ser jibqgħu għalkollox fis-seħħ u jibqa’ jkollhom effett sħiħ.